Lokali

Malta Health Network tniedi l-proġett ‘To be Seen, To be heard’

Fi Stqarrija Malta Health Network qalu li huma jafu kemm hu importanti l-pazjent, għax kulħadd xi darba kien pazjent. Kullħadd kellu ħabib, jew qarib tiegħu li kien jew bħalissa hu pazjent. Allura nistghu nifhmu l-importanza li l-pazjent jingħata l-akbar attenzjoni possibli, il-mediċini u t-trattament neċessarju fil-ħin, u kura oħra li l-pazjent ikollu bzonn.

Iż-żmien meta wieħed ikun rikoverat mhux wieħed faċli la għall-pazjent, u lanqas għall-qraba. Il-professjonisti u persuni oħra li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, ukoll, ta’ kuljum, jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet diffiċli, uħud iktar diffiċli minn oħrajn.

Il-ħsieb wara dawn il-videos hu sabiex il-pazjent ikun jista’ mhux biss iħossu aħjar iżda wkoll biex titjieb ir-relazzjoni bejn il-pazjent u l-professjonist. Dawn il-videos għandhom ukoll is-subtitles , b’hekk jgħinu lill-persuni li huma neqsin mis-smiegħ.

Malta Health Network għamlu wkoll appell lid-diversi għaqdiet volontarji li għandna f’pajjiżna, b’mod partikolari lil dawk li b’xi mod jew ieħor huma involuti fis-settur tas-saħħa, hekk kif dawn l-għaqdiet volonatrji jressqu ‘l quddiem it-tħassib u s-suġġerimenti tagħhom skond il-materja li dik l-għaqda tkun ġiet ffurmata għaliha. Huma qalu li fl-istess ħin jemmnu li hekk dawn l-ghaqdiet volontarji,fi proġetti bħal dawn, jingħaqdu flimkien, ir-riżultat aħħari jkun wieħed aħjar.