Lokali Qorti

Mixli li ta fastidju billi segwa persuna għall-flus

Raġel ta’ 37 sena minn Ħaż-Żabbar wiegeb mhux ħati ta fastidju u segwiment tal-persuna f’każ li jittratta dwar flus. Skont il-prosekuzzjoni l-vittma ghamel diversi rapporti li Josemar Borg kien qed isegwih u jistaqsih għall-flus.

Mill-akkuża jirriżulta li permezz ta’ użu ta’ ismijiet foloz għamel qliegħ b’qerq ta’ aktar minn €5,000 u li kkaġuna biża lill-allegata vittma. Waqt li tressaq il-Qorti ssemma’ biss vittma wieħed fl-akkużi, imma fil-formola tal-allegati reat kien hemm tliet persuni oħra u ġie mixli wkoll li tahom fastidju.

Id-difiza talbet għal ħelsien mill-arrest u qalet li l-akkużat għandu tifla ta’ 10 snin li għadu qed jipprovdi għaliha filwaqt li għandu impjieg u indirizz fiss. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha għal din it-talba u argumentat li hemm il-biża ta’ intralċ ta’ provi u hemm il-biża li jista jwettaq reat ieħor.

Il-proskezzujoni talbet lill-qorti ghal ħruġ ta’ ordni u qbil ta’ iffiżar tal-assi u ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma, liema talbiet ġew milqugħa mill-Maġistrat Elaine Rizzo. Fid-dawl tan-natura tar-reat u l-biża ta’ intralċ ta’ provi, il-qorti ċaħdet it-talba tad-difiħa għal ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Clive Abela u Eman Hayman u mill-avukati Rebecca Spiteri u Dejan Darmanin mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għall-akkuħat dehret l-avukat Josephine Farrugia Mifsud.