“Nittamaw li l-inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia ma tkunx saret għal xejn. Minbarra l-għarfien tal-verità dwar dak li wassal għal din il-mewt traġika, aħna nittamaw li din l-inkjesta twassal ukoll biex tinġarr ir-responsabbilità minn dawk li b’għemilhom jew billi ma wettqux dmirijiethom ikkontribwixxew għal din it-traġedja kif ukoll biex jittieħdu l-miżuri li tirrakkomanda din l-inkjesta biex imwiet bħal dawn ikunu evitati.”
Dan ħareġ minn stqarrija tal-għaqda Repubblika ftit sigħat qabel il-pubblikazzjoni tal-inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Repubblika qalu li l-imġieba tal-Gvern ma tqawwilhomx qalbhom.
Aktar minn sentejn u nofs ilu, kienet ippubblikata l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Għaddew 31 xahar minn Lulju 2021 u s’issa l-Gvern ma wettaq l-ebda rakkomandazzjoni ta’ din l-inkjesta. Kull ma kellna kienu biss paroli.
Repubblika hija impenjata li tkompli taħdem biex ir-rakkomandazzjonjiet ta’ dawn l-inkjesti jkunu mwettqa u li tinġarr ir-responsabbilità marbuta ma’ dawn l-imwiet.
//= $special ?>