Futbol Sport

”Tattikament konna tajjeb ħafna, kemm meta konna ħdax bi ħdax kif ukoll meta ġejna bi plejer inqas” – Paul Zammit (Sliema Wanderers)

(Ritratt: Joseph Galea)

‘Tattikament konna tajjeb ħafna’

  • Paul Zammit, kowċ Sliema W.

‘Partita li kien fiha ħafna pożittiv għalina mhux għax ġejna draw biss.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti li lissen il-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit wara d-draw ta’ mingħajr gowls kontra l-leaders Ħamrun Spartans. Zammit kompla. ‘Tattikament konna tajjeb ħafna kemm meta konna ħdax bi ħdax kif ukoll meta ġejna bi plejer inqas. Sinċerament m’għandix kliem sabiex infaħħar lill-plejers tiegħi. Li ssib quddiemek lil tim b’saħħtu bħal Ħamrun u għal kwart mill-logħba trid tilgħab bi plejer inqas mhux faċli imma konna dixxiplinati ħafna u ninsabu kuntenti kemm bil-punt u wisq aktar bil-wirja.’

‘Id-destin jinsab f’idejna

  • Luciano Zauri, kowċ Ħamrun Spartans

‘Din il-partita setgħet tmur naħa jew oħra b’xi episodju biss peress li t-timijiet kienu viċin xulxin ħafna’. Kliem il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri fi tmiem il-logħba kontra Sliema Wanderers. Il-kowċ tal-Ispartans kellu aktar xi jgħid. ‘Ir-riħ ikkundizjona ħafna l-partita imma nafu li Sliema huma tim tajjeb ħafna. Meta konna b’raġel aktar il-partita rriżultat f’waħda aktar diffiċli għaliex Sliema ingħalqu aktar fuq wara. Nafu wkoll li d-destin jinsab f’idejna u konxji wkoll li Floriana ser jibqgħu hemm sal-aħħar.’

KLASSIFIKALPTI
Ħamrun Spartans1845
Floriana1842
Sliema Wanderers1835
Marsaxlokk1829
Birkirkara1828
Hibernians1826
Gżira United1824
Balzan1821
Naxxar Lions1821
Santa Lucia1821
Mosta1820
Valletta1818
Sirens188
Gudja United186
L-AQWA SKORERSGLS
Luke Montebello (Ħamrun Spartans)16
Kemar Reid (Floriana)10
Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans)10
Yuri Messias (Marsaxlokk)10
Andrei Ciolacu (Birkirkara)9
Sunday Akinbule (Marsaxlokk)7
Federico Falcone (Valletta)7
Giannis Bastianos (Hibernians)5
Thaylor Aldama (Gżira United)5
Jurgen Degabriele (Hibernians)5
Jonny Robert (Ħamrun Spartans)5
Macula (Gżira United)5

LOGĦOB LI JMISS

Is-Sibt 2 ta’ Marzu, 2024

Stadium Nazzjonali

2.00pm Ħamrun S. vs Valletta 

4.15pm Sta Lucia vs Sirens

Tony Bezzina Stadium

2.00pm Hibernians vs Naxxar L. 

4.15pm B’Kara vs Balzan

Il-Ħadd 3 ta’ Marzu, 2024

Centenary Stadium

11.00am M’Xlokk vs Mosta

Tony Bezzina Stadium

2.00pm Gżira Utd. vs Sliema W.

4.15pm Floriana vs Gudja Utd.