Lokali

Triq il-Kbira San Ġużepp se terġa’ tingħalaq għat-traffiku sakemm isiru xogħlijiet t’asfalt

Infrastructure Malta ħabbret li parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun se tkun qed tingħalaq għat-traffiku sakemm isiru xogħolijiet t’asfalt.

Ix-xogħol se jkun qed jibda minn għada, l-Erbgħa u mistenni li jibqa’ sejjer sal-Erbgħa 6 ta’ Marzu 2024. Il-parti mit-triq affetwata se tkun minn quddiem Mistraħ San Pawl sal-kantuniera ma’ Triq Schembri, il-Ħamrun.

Wieħed qed ikun imħeġġeġ biex juża’ rotta alternattiva – jew minn Triq Il-Ferrovija jew inkella minnTriq Schembri, il-Ħamrun.