Internazzjonali

Żvolta ġdida fil-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna; Macron ma jeskludix il-possibbiltà li jibgħat truppi fl-Ukrajna

Il-President ta’ Franza, Emmanuel Macron, qal li mhux jellimina l-possibiltà li jibgħat truppi fl-Ukrajna, minkejja li ma ntlaħaqx konsensus…. hekk kif skont hu huwa essenzjali għas-sigurta tal-Ewropa li l-forzi  Russi fl-Ukrajna jkunu eleminati.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attendew l-kanċilier Ġermaniz Olaf Scholz u s-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit David Cameron, Macron qal li l-koalizzjoni ġdida se tkun qed tiprovdi lil Ukrajna b’missili u bombi long range u medium range.

Dan wara li l-qawwiet Ukreni  tilfu villaġġ ieħor fir-reġjun ta’ Donetsk,  ftit tal-ġimgħat biss wara li tilfu l-belt ta’ Avdiivka.

Intant, il-Kremlin b’risposta għal dak li intqal minn Macron qal illi jekk membri ta’ NATO se jibgħatu t-truppi fl-Ukrajna dan ser jirriżulta f’kunflitt kbir.

Fl-isfond ta’ dan kollu il-Korea ta’ Isfel akkużaw lill-Korea ta’ Fuq li dawn bagħtu 6,700 kontejner b’miljuni ta’ munizzjonijiet lir-Russi.

Ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq tejbu ħafna r-relazzjonijiet ta’ bejniethom minn mindu r-Russja wettqet l-invazzjoni fuq l-Ukrajna.