Lokali

Anke Pullicino Orlando jwaqqa’ dak li qal Jason Micallef dwar l-atturi

Kundanna ċara anke mill-MEIA

L-aġir u d-diskors tal-eks Segretarju Ġenerali tal-Labour Party Jason Micallef kompla jiġbed aktar kundanni – kliem illi intqal fil-programm ma’ Andrew Azzopardi fuq l-RTK, fejn Micallef ċekken il-professjonalità u l-kredibbiltà tal-atturi. Dan hekk kif attakka l-possibilità tan-nomina ta’ Marica Cassar – li hi ukoll attriċi – bħala suċċessur ta’ George Vella. B’Micallef jirredikola tali konsiderazzjoni, għaliex hi attriċi.

Din l-imġieba ġiet kritikata minn bosta; fost oħrajn l-eks Kandidat Laburista Jeffrey Pullicino Orlando illi insista li mingħajr ma trid tistaqsi x’kredenzjali jħoss li għandu min għażel li jipprova jwaqqalha ġieħha – kundanna u botta ċara u tonda għad-diskors ta’ Micallef.

Il-kritika kompliet tikber minħabba l-fatt li Micallef bħalissa jmexxi l-Valletta Cultural Agency. U allura, suppost jippromwovi l-arti u l-kultura, u mhux jipproxa jċekken lill-artisti.

Fil-fatt, l-Assoċjazzjoni li tirrapreżenta lin-nies li jaħdmu f’din l-industrija (MEIA) esprimiet diżappunt għal dak li ntqal minn Micallef. U appellaw lill-eks Segretarju Ġenerali tal-Labour – mingħajr ma semmewh – biex imexxi bl-eżempju.