Kunsilli Lokali Lokali

Appell biex tittieħed azzjoni fil-Gżira wara li proġett ieħor tal-Gvern falla

Wara biss xahrejn minn mindu kienet lesta t-triq fil-qalba tal-Gżira, beda jiżżarma kollox. U issa diġa’ għaddew b’kollox erba’ xhur – u l-pavimentar kompla jitkisser.

Dan kien kumment li tpoġġa’ fuq il-media soċjali, hekk kif proġett ieħor tal-Gvern jidher li sar bi problemi enormi; minkejja li x-xogħol dam ikarkar għal xhur sħaħ b’detriment fuq ir-residenti stess u fuq it-tmexxija tal-Kunsill Lokali.

Kummenti fuq Facebook appellaw lill-awtoritajiet biex tittieħed azzjoni.