Ic-Chairperson tal-OHSA David Xuereb qal li se jirreżenja wara li fl-Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia intqal li hu huwa wieħed minn dawk l-uffiċjali li għandu jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu.
Dan żvelatu f’artiklu t-Times of Malta hekk kif għamlu kuntatt miegħu fejn qal li hu jirrispetta dak li ntqal dwaru fl-Inkjesta dan filwaqt li qal li se jirreżenja mill-OHSA.
Fl-Inkjesta Pubblika ntqal li Xuereb kien kompletament maqtugħ mir-realtajiet li tintaqa magħhom ta’ kuljum l-OHSA…awtorità li tinvestiga inċidenti f’siti ta’ kostruzzjoni.
//= $special ?>