Uffiċjal ewlieni tal-grupp Ħamas, waqt intervista ma’ Al Jazeera, għamilha ċara li għad fadal ħafa biex il-grupp tiegħu jaċċerta minn waqfien mill-ġlied potenzjali.
Basem Naim, il-Kap tar-relazzjonijiet politiċi u internazzjonali tal-Ħamas, qal lil Al Jazeera li fadal ħafna punti ta’ diżgwid ma’ Iżrael – bil-grupp tiegħu għad irid jiddiskuti ħafna punti relevanti mal-medjaturi, inklużi l-Qatar u l-Eġittu.
L-Uffiċjal tal-Ħamas anki prova jtaffi l-ottimiżmu tal-President tal-Istati Uniti Joe Biden fis-sens li ‘jista’ ikun qrib’ waqfien mill-ġlied f’Gaza. Basem Naim qal li d-diskors tal-President Biden mhux relatat ‘tassew’ mar-realtà fil-Medda ta’ Gaza u jidher aktar intiż għall-gwadann politiku fix-xhur ta’ qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru fl-Istati Uniti.
Naim akkuża wkoll lill-Amerikani b’li qed jilgħabu ‘logħba doppja’. Hu stqarr li għalkemm Washington qed jgħid li ma jridx jara sitwazzjoni fejn il-konflitt ta’ Gaza jinfirex lejn bnadi oħra tal-Lvant Nofsani, l-Amerikani għadhom sallum jipprovdu l-biljuni tad-dollari u kwantitajiet ta’ munizzjon lill-Iżraeljani.
//= $special ?>