Hekk kif illum ħa tiġi preżentata l-Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia, il-Gvern għandu immedjatament, malli jirċievi l-Inkjesta Pubblika, jippubblikaha fit-totalità tagħha.
Id-diskussjoni dwar din l-Inkjesta Pubblika fil-Parlament għandha ssir b’mod miftuħ u mhux b’mod mgħaġġel, ħalli l-Inkjesta tiġi skrutinizzata kif suppost u tingħata l-opportunità lid-Deputati kollha li jixtiequ jikkontribwixxu f’din id-diskussjoni sabiex jagħmlu dan.
Finalment il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-Gvern jikkometti ruħu li fi żmien limitat jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha li se joħorġu minn din l-Inkjesta fit-totalità tagħhom, u fin-nuqqas ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jieħu l-passi kollha meħtieġa biex dan iseħħ.
//= $special ?>