Impenn għas-Saħħa Lokali

Il-Kardjologu Robert Xuereb maħtur Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Il-Kardjologu Robert Xuereb ġie maħtur bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Dr Xuereb hu pijunier fil-kardjoloġija f’Malta. Fil-passat serva bħala president tas-Soċjetà Maltija tal-Kardjoloġija u fis-snin disgħin kien ewlieni fit-twaqqif tal-ewwel servizzi tal-kardjoloġija ta’ intervenzjoni f’Malta.

Grazzi għall-ħidma tiegħu f’dan is-settur, pajjiżna issa hu rikonoxxut bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-kura tal-qalb. Fl-2023 ingħata Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta George Vella. Il-Kardjologu Robert Xuereb ġie onorat mir-Repubblika ta’ Malta bħala membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.

Dott Robert G. Xuereb, Konsulent Kardjologu, huwa pijunier fil-kardjoloġija f’Malta. Kien il-President tas-Soċjetà Maltija tal-Kardjologija bejn l-2013 u l-2023. Kien Membru tal-Kumitat tan-Nomini fuq il-Bord tat-Tmexxija tas-Soċjetà Ewropea tal-Kardjoloġija 2020-2022 u ċ-Chairperson tad-Dipartiment tal-Kardjologija tal-Isptar Mater Dei.