Lokali Parlament

Il-poplu se jiġġudikana


Il-Prim Ministru Robert Abela


Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-poplu kien qed jiġġudika lill-gvern dwar kif wara l-inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia dwar limplimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet.


Fil-parlament il-Prim Ministru qal li l-gvern se jkun qed iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta u sellem lil Isabelle u John, il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia. Hu kompla li hemm ħtieġa li ssir ġustizzja u qal li kien hemm mumenti fejn hu kellu jkun iktar sensittiv.


Il-Prim Ministru estenda l-apoloġija tiegħu u qal li l-gvern ma rjid jiddiżappunta fl-implimentazzjonijiet tal-inkjesta pubblika. Jeħtieġ rifoma ħolistika fis-settur tal-kostruzzjoni, sostna l-Prim Ministru, li qal li mill-2002 kien hemm 81 vittma fil-kostruzzjoni. Din mhijiex l-uniku ġustizzja li trid issir mal-familja ta’ Jean Paul Sofia, sostna l-Prim Ministru, li kompla li hemm 39 rakkomandazzjoni li joħorġu mir-rapport.


Robert Abela qal li s-settur għandu jopera fi standard skont is-soċjetà tal-lum u sostna li ma fadalx post għal dawk li mhumiex serji. Hu kompla li se jaħtar sotto-kumitat tal-Kabinett biex imexxi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta. Jeħtieġ li anki s-soċjetà tipparteċipa fit-twettiq ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet.


Il-Prim Ministru qal li joħroġ ċar mill-inkjesta li jeħtieġ ikun hemm infurzar u regoli ġodda. Se jkun hemm il-ħtieġa li s-sorveljanza ssir mill-entitajiet u mhux mis-settur innifsu, qal il-Prim Ministru, li kompla li se jkomplu jitwettqu l-bidliet fosthom li ċ-ċittadin jitpoġġa l-ewwel fejn ikun qed isir il-bini u quddiem kuntratturi b’saħħithom.


Robert Abela qal li l-ispezzjonijiet għandhom ikunu ta’ kwalità u żied li sas-sajf li ġejn l-gvern irid jgħaddi qafas ġdid dar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Hu qal li ma jistax ikun hawn liġi tal-ġungla u kompla li l-poplu se jkun jista’ jiġġudikana fuq l-implimentazzjoni.


Hu qal li kien naqas lill-familja ta’ Jean Paul u li kien ta l-impressjoni li kien qed jiddefendi lil xi persuni meta dan ma kienx minnu.