Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna fil-parlament li wara r-rapport tal-inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia f’sit ta’ kostruzzjoni f’Kordin, il-Prim Ministru Robert Abela u l-ministri Stefan Zrinzo Azzopardi, Miriam Dalli u Silvio Schembri għandhom jerfgħu r-responsabbiltà.
Il-parlament llum ddiskuta l-inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia f’Kordin wara li aktar kmienu filgħodu l-Bord tal-Inkjesta ppreżenta r-rapport lill-Prim Ministru.
Qabel ebda d-diskors tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-parlament għandu jagħmel minuta silenzju għal Jean Paul u jkun hemm approvazzjoni ċara lill-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia li ffaċċjaw diffikultajiet iżda baqgħu għaddejjin b’saħħithom favur il-ġustizzja. Kieku dan ma sarx kieku l-pajjiż ma jinsabx fejn qiegħed illum, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Fuq proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia ddaħħlu fis-sala tal-parlament fejn kienet qed issir is-seduta minflok tħallew fl-istangers gallery.
Wara li saret minuta silenzju u ġest ta’ approvazzjoni, Bernard Grech qal li kien biss il-Ministru Joe Etienne Abela li approva l-proposta tal-Oppożizzjoni għal rikonoxximent lill-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia.
Quddiem din is-sitwazzjoni l-Kap tal-Oppożizzjni reġa’ insista li jerġa’ jkun hemm approvazzjoni mill-parlament kollu. F’dan il-mument il-membri tal-gvern approvaw bil-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li dan qed isir “b’nofs qalb”.
Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li parti mill-familja tmut mal-vittmi li jkunu tilfu ħajjithom għaliex tkun maħsub bil-mewt ta’ xi ħadd għażiż għalihom.
Hu kompla li fil-funeral, Jean Paul Sofia indifen u tħalla jistrieħ; din kienet it-tieni dabra li hu ndifen wara li kien indifen taħt it-terrapien tal-binja li ġġarrfet u reġa’ ndifen fil-funeral. Bħalu kien hemm persuni oħrajn, sostna Bernard Grech, li kompla li l-poplu għandu għaddej minn sitwazzjoni diffiċli minħabba l-kostruzzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li fl-aħħar ħames snin seħħew diversi inċidenti fil-kostruzzjoni.
Fl-24 ta’ Apġril 2019 fi Gwardamangia ġġarfet dar fejn Caroline Micallef u żewġha ma mietux għaieix ħarbu mid-dar ftit minuti qabel id-dar iġġarrfet. Il-kuntrattr tħalla jkompli bix-xogħol tiegħu.
Fit-8 ta’ Ġuju 2019 kkollassa bini fil-Mellieħa fejn anzjana ma mitietx għal ftit iżda mietet ftit xhur wara bl-effetti li għaddiet minnhom.
F’Ġunju 2019 ġġarraf blokk appartamenti fi Gwardamngia fejn Janet Walker għal ftit ħelset mill-mewt.
Fit-2 ta’ Marzu 2020 ġġarrfet id-ar ta’ Miriam Pace li mietet fuq il-post.
Fit-3 ta’ Diċembru 2022 iġġarrfet il-binja fejn kien hemm Jean Paul Sofia.
Fl-14 ta’ Frar 2023 ġġarrfet parti minn binja f’Brkirkara iżda ma weġġa’ ħadd.
Fis-6 ta’ Frar 2024 ħħarfet faċċta fil-Gżira li kieku waqgħet qabel kienu jmutu n-nies.
Bernard Grech qal li l-Prim Ministu ried il-grazzi u l-prosit għaliex kien diġà poġġa l-inkjesta online fil-11 am. Kieku l-inkjesta saret sena ilu, meta talbitha Isabelle Bonnici, din tkun ilha online sena u tkun implimentata ferm qabel.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li dan mhux żmien l-apoloġiji iżda żmien l-azzjoni u r-responsabbiltajiet. Hu staqsa min se jerfa’ r-responsabbiltajiet li l-gvern naqas li jieħu azzjoni qabel anki meta fl-2019 meta mietet Miriam Pace.
Dakinhar l-Oppożizzjoni kienet talbet inkjesta pubblika iżda l-gvern ma kienx għamilha. Illum ir-rapport tal-inkjesta jgħid li kieku ttieħdu azzjonijiet qabel, it-traġedja ta’ Jean Paul Sofia kienet tkun evitata. Dan hu żmien tar-responsabbiltajiet u l-gvern ma jistax jibqa’ jgħaddiha lixxa, sostna Bernard Grech.
Dwar il-konklużjonijiet tal-Bord tal-Inkjesta, Bernard Grech qal li dan stabilixxa li kien hemm comedy of errors iżda din hi traġedja u mhux kummiedja. Traġedja li saret minn żbalji kontinwi fi klima ta’ impunità fejn kollox hu xejn mhu xejn. Il-gvern jappunta nies inkompetenti fl-awtoritajiet għaliex huma leali lejh biss u jingħataw pożizzjonijiet ta’ fiduċja lil tal-qalba iżda mhux fuq kompetenza.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jikkowta mill-inkjesta li qalet li l-ħażin hu li Sofia miet f’sit li ma kien ikkontrollat minn ebda awtorità regolatorja. Qisna fil-wild west fejn kulħadd jagħmel li jrid bla kontroll, sostna Bernard Grech, li kompla li Sofia kien imur jaħdem fejn suppost fejn is-sigurtà u l-ħarsien minn gvern li wiegħdu – u hu vvota għalih – li se jkun imħares f’pajjiżu u fuq il-post tax-xogħol.
Illum hu magħruf li ħadd ma kien jikkontrolla din is-sit tal-kostruzzjoni. Dan meta l-gvern mela kull awtorità mimlija bin-nies tiegħu b’pagi eluf mill-fondi publbiċi, sostna Bernard Grech, li kompla li l-ebda awtorità ma kienet qed tħares lil Jean Paul Sofia u oħrajn. Min se jerfa’ r-responsabbiltà? Ta min intalbet ir-repsonsabbiltà? Dan hu buisness as usual għall-gvern!
L-Inkjesta qalet li wara l-inċident, kollox baqa’ għaddej qisu xejn mhu xejn, għaliex għall-gvern, il-ħajja ma tiswa xejn. Suppost il-gvern iħaddan twemmin soċjalista, iżda l-PL illum iħaddan is-soċjaliżmu tax-xampanja u mhux tal-batut.
L-inkjesta tikkonkludi wkoll li kien hemm żbalji mill-ħoxnin li xi ħadd irid jerfa’ responsabbiltà għalihom u qalet li għandu jkun l-Istat li jinżamm responsabbli għal dak it-taħwid li wettaq fl-Eżekuttiv.
Illum hemm iswed fuq l-abjad għaliex il-Prim Ministru ma riedx jagħmel din l-inkjesta pubblika. Anki l-Bord tal-Inkjesta qal li mhux veru li meta ssir inkjesta pubblika tkun qed tostakola l-inkjesta maġisterjali.
Ara kemm gdibtulu lill-poplu!, sostna Bernard Grech, li kompla li l-PN għamel pressjoni biex il-Prim Ministru jagħmel l-inkjesta pubblika iżda l-mozzjoni li kien ressaq il-PN kienet damet xhur tistenna għaliex il-gvern baqa’ ma ressaqhiex.
Il-gvern għamel minn kollox biex l-inkjesta ma tibdiex, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li qal li l-Prim Ministru kien allega wkoll li kien hemm min kien qed jipprova jinqeda b’omm Jean Paul Sofia. Hu faħħar lill-familja ta’ Jean Paul Sofia għad-determinazzjoni li wriet biex illum taw tama lil Malta u lill-ġenerazzjonijiet futuri.
Bernard Grech qal li l-Prim Ministru qed jgħid li jippretendi li jkun hemm min jirriżenja u kompla li dan qed isir biex il-gevrn ikun eżonorat. Dan meta l-gvern kiteb il-kundanna tiegħu stess, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li staqsa kif il-ministri Stefan Zrinzo Azzoaprdi, Silvio Schembri u Miriam Dalli għadhom hemm wara l-inkjesta. Min se jerfa’ r-responsabbiltà? Il-gvern irid jaħbi l-verità u jippretendi li l-poplu jħallihom jitfgħaha fuq min appuntaw f’livelli iktar baxxi.
Bernard Gerch qal li t-tort hu tal-gvern għaliex hu ħalla l-klima ta’ xejn mhu xejn. Hu sostna li l-gvern m’għamel ebda miżura ta’ prevenzjoni fil-kostruzzjoni u ma introduċa l-ebda miżura anki wara l-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Għalhekk il-gvern ma jistax ikun fdat li se jwettaq ir-riformi, sostna Bernard Grech, li kompla li l-politiċi u l-Prim Ministru mhux se jerfgħu responsabbiltà. Il-Prim Ministru kellu r-responsabbiltà għaliex kien il-prim attur biex ma toħroġx il-verità u ma ssirx inkjesta pubblika. Intom kompliċi għax ma ridtux li nimxu ‘l quddiem, sostna Bernard Grech lid-deputati kollha tal-gvern.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li ma jistax ikun li kollox jibqa’ jgħaddi f’dan il-pajjiż u żied li l-proġett f’Kordin kien approvat b’mod irregolari, b’mod ikompetenti, bla reqqa u qatt ma kellu jitressaq quddiem il-Kumitat ta’ Approvazzjoni għall-approvazzjoni finali.
Issa lin-nies li jkunu biswit siti ta’ kostruzzjoni l-gvern se jagħtihom numru tat-telefon biex iċemplu meta jkunu f’periklu għal ħajjithom. In-nies mhux dan iridu iżda azzjoni mmedjata, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li l-Prim Ministru kien iddikjara li ma jridx jaqa’ għall-populiżmu tal-Oppożizzjoni meta l-PN kien qed jiġġieled għan-nies u għas-sigurtà tagħhom u anki tal-kuntratturi.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni fakkar kif wara dak li wettqu fil-parlament il-familja ta’ Jean Paul Sofia, il-Prim Ministru mar kunċert u kif kien baqa’ jgħid li l-inkjesta maġisterjali kienet se tinvestiga kollox. Lil Isabelle Bonnici, l-Prim Ministru, qallha biex ma tħallix min jieħu vantaġġ mill-każ tagħha.
Hu qal li l-Prim Ministru għandu jerfa’ r-responsabbiltà għal dan id-diskors. Bernard Grech fakkar ukoll li l-Prim Ministru kien qal li l-inkjesta pubblika, kuntrarjament għal dak li qed jiprpova jikkapitalizza fuqha l-PN, tfixkel u mhux tgħin ir-riċerka għall-ġustizzja.
Il-Prim Ministru u l-ministri jridu jieħdu responsbbiltà, sostna Bernard Grech, li kompla li fl-inkjesta intqal li x-xena tal-binja tikkollassa għandha tibqa’ xena ta’ għajb, hi daqqa ta’ ħarta għall-governanza tajba u għandha sservi biex kulħadd jitgħallem x’għandhom iservu fil-kuxjenza dwar dak li għandu jsir tajjeb u sewwa.
Bernard Grech qal li, għall-gvern, is-siġġu parlamentari jiswa iktar minn ħajja ta’ tifel ta’ 20 sena għaliex il-gvern ivvota kontra l-inkjesta. Bis-saħħa tal-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia u anki ta’ Jean Paul innifsu u bis-saħħa tal-poplu, il-gvern kellu jbaxxi rasu biex saret inkjesta pubblika li biha l-pajjiż għandu konklużjonijiet li jħammru wiċċ il-gvern. Għalhekk il-Prim Ministru u t-tliet ministri msemmija għandhom jerfgħu r-responsabbiltajiet.