Lokali

“Il-PBS qed ifalli lil nazzjon sħiħ” – The Malta Indipendent

L-Istazzjon nazzjonali qed ifalli lin-nazzjon, u l-mod kif il-PBS jittratta lis-segwaċi tiegħu huwa diżgustanti.

Din kienet id-dikjarazzjoni ċara li għamel l-editorjal tal-Malta Indipendent, wara li l-ispeaker qal lit-TVM miżinterpreta dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista dwar it-tibdil fil-klima.

L-editorjal żied jgħid li l-mod kif il-PBS qed jimanipula l-aħbarijiet biex dak li jagħmel il-Gvern ta’ Robert Abela jidher f’dawl tajjeb, u biex dak li jagħmel il-Partit Nazzjonalista jidher irrelevanti huwa innaċċettabli. Hawn l-editorjal għamel refernza għal mod kif stejjer li huma relatati mal-PN, dejjem ikunu lejn l-aħħar tal-bullettin tal-aħbarijiet tat-20:00, meta kulħadd jaf li lejn l-aħħar tal-bullettin is-segwaċi jkunu naqsu ħafna mill-attenzjoni tagħhom.

L-editorjal qal ukoll li l-Istazzjoni Nazzjonali mhux biss jixbaħ lill-istazzjon tal-media labursita, imma jixbaħ lill-istazzjonijiet ta’ pajjiżi fejn l-istat jitmexxa b’mod awtoritarju, fejn dak li jaħmel il-Gvern jingħata prominenza u dak li tagħmel l-oppożizzjoni jixekkel fix-xejn.