Lokali

Isabelle Bonnici preżenti barra l-Parlament

“Diżappuntata – dak li ħareġ mill-Inkjesta huwa iebes ferm”.

Hekk iddikjarat mal-ġurnalisti Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia, meta illejla kienet preżenti barra l-Parlament.

Isabelle poġġiet ritratt ta’ binha mad-daħla tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Tpoġġew ukoll xemgħat b’turi ta’ rispett lejn il-memorja ta’ dan iż-żagħżugħ illi tilef ħajtu għax l-Istat u l-awtoritajiet governattivi fallew. Dan kien konfermat mill-Inkjesta innifisha: “Jean Paul Sofia miet f’sit li ma kien ikkontrollat mill-ebda awtorità regolatorja. Saru żballji ħoxnin li xi ħadd għandu d-dmir li jerfa’ responsabbiltà għalihom. Dan għandu jkun l-Istat”.

F’kummenti ma’ Net News barra l-Parlament Isabelle Bonnici qalet li issa rridu nimxu għal fatti u determinata li tkompli taħdem sabiex l-Inkjesta Pubblika ma tibqax fuq l-ixkaffa. Hija appellat lill-Gvern ta’ Robert Abela sabiex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha li ħarġu fl-Inkjesta Pubblika.