Kien propju it-3 ta’ Diċembru tal-2022, meta binja f’Kordin li kienet għadha fi stat ta’ kostruzzjoni krollat – 5 persuni kienu indarbu, u ż-żagħżugħ ta’ 20 sena Jean Paul Sofia tilef ħajtu.
Dwar dan l-inċident traġiku infetħet inkjesta Maġisterjali, pero omm Jean Paul Sofia riedet il-verità kollha – riedet Inkjesta Pubblika. U għalhekk il-PN ingħaqad ma din s-sejħa ta’ omm, li kienet għaddejja minn martirju wara li tilfet lil binha.
Minn naħa l-oħra l-Gvern ta’ Robert Abela għamel minn kollox biex jevita li ssir inkjesta pubblika billi ivvinta ħafna skużi; fost oħrajn meta Abela qal li inkjesta pubblika tfixkel inkjesta Maġisterjali – xi ħaġa li assolutament mhix minna. Dan għaliex inkjesta pubblika u inkjesta maġisterjali jaħdmu id f’id, pero għandhom differenza kbira bejniethom bl-akbar waħda tkun li r-rapport li joħroġ minn inkjesta maġisterjali jibqa’ sigriet u dak li joħroġ minn inkjesta pubblika jingħata lill-qraba.
Barra minn hekk din il-mewta traġika seħħet fuq art tal-Gvern u għalhekk inkjesta pubblika kellha twieġeb bosta mistoqsijiet bħal kif sar it-trasferiemen tal-art u x’nuqqasijiet hemm fl-Awtorita tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Fil-fatt, ir-rapport preżentat l-Erbgħa filgħodu jitfa’ dawl fuq dawn it-tip ta’ nuqqasijiet.
Fil-5 ta’ Lulju fil-Parlament kien sar id-dibattitu dwar il-mozzjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista biex issir din l-Inkjesta Pubblika. Omm Jean Paul Sofia, jum qabel, kienet barra l-Parlament fejn talbet bil-ħniena lid-deputat kollha biex jivvutaw favur inkjesta pubblika – bil-għan li toħroġ il-verita kollha.
Fit-12 ta’ Lulju, imbgħad, il-Gvern immexxi minn Robert Abela ivvota kontra din l-inkjesta pubblika, filwaqt li l-membri kollha tal-Oppożizzjoi ivvuta favur l-Inkjesta Pubblika.
Ftit mumenti qabel, il-qraba ta’ Jean Paul Sofia mill-Istrangers Gallary fil-Parlament stess kienu esprimew id-diżappunt tagħhom.
Ħamest ijiem wara il-vot kontra Inkjesta Pubblika Isabelle Bonnici isejjaħ lin-nies għal velja quddiem Kastilja wara li iktar minn 24,00 persuna iffirmaw il-pettizjoni li għamlet omm Jean Paul Sofia sabiex issir inkjesta pubblika.
Fis-17 ta’ Lulju ftit qabel ma bdiet il-velja bl-isem ‘Daqslikienu Kien Ibni’ Robert Abela jagħmel U-Turn u stqarr illi peress li l-inkjetsa maġisterjali qed iddum wisq ser tkun qed issir inkjetsa pubblika. Madanakollu euf ta’ persuni xorta inġabru quddiem Kastilja fil-Belt Valletta, biex juru l-appoġġ tagħhom lejn Isabelle Bonnici.
Intant numru ta’ nuqqasijiet ħarġu waqt is-smigħ stess tal-inkjesta pubblika dwar il-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia – fosthom mix-xhieda ta’ Matthew Schembri, wieħed mill-iżvilluparuti tal-binja ta’ Kordin illi sostna li l-perit tal-proġett ma tantx kienet igwidatu sew anka jekk kienet tmur fil-post diversi drabi.
Mill-Inkjesta pubblika ħareġ ukoll li l-Lands Authority ma kienitx iżomm rendkont ta’ dak kollu li jkun qed jinbena f’Malta hekk kif skont John Vassalo iċ-chairman tal-Lands “dan huwa impossibli” hekk kif il-ħaddiema huma limitati.
Micheal Ferry, espert fil-qasam tal-kostrzzjoni, fl-istess inkjesta pubblika saħaq li filfatt l-binja ta’ Kordin li kienet binja freestanding taqa’ taħt ir-resposabiltà tal-BCA minkejja li uffiċjali ta’ din l-awtorità kienu qalu li ma għandhom l-edba resposabbilta.
L-OHSA – l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol qalet li minn naħa tagħha ma kinitx infurmata bl-iżvillupp tal-binja li wasslet għall mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Intant lil hinn mill-inkjesta pubblika, l-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia kienet ukoll l-ispirazzjoni ta’ riċerka illi għamlet il-Knisja bl-isem ta’ ‘Ejja Ejja Culture’ fejn ħareġ biċ-ċar li s-sitwazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni iġġib il-profiti qabel is-saħħa.
//= $special ?>