Kunsilli Lokali Lokali

Jappellaw biex ix-xelter li nstab fil-Mosta jinżamm aċċessibbli

Żewġ persuni għamlu appell fuq TikTok sabiex ix-xelter li instab fl-aħħar sigħat fil-Mosta jinżamm aċċessibbli għan-nies.

Dan ix-xelter instab fi Triq Callus fil-Mosta, fejn qed isiru xi xogħlijiet fit-triq.

Il-persuni li poġġew il-video fuq il-media soċjali spjegaw li huma diġa’ daħlu jinvestigaw dan ix-xelter pubbliku, li fih seba’ kmamar. U l-appell tagħhom hu sabiex isiru kaptelli fil-livell tat-triq ħalli dan ix-xelter pubbliku jibqa’ aċċessibbli.

Il-Mosta hemm madwar 23 xelter ta’ żmien il-gwerra.