Il-prezzijiet baxxi li qed jiġu offruti lin-nies fuq pjataformi online tal-cabs qedin jheddu l-għejxien tagħna.
Dan kien il-messaġġ ewlieni li wasslu dawk li matul il-jum tal-Erbgħa ipparteċipaw fi protesta li ġiet organizzata mix-xufiera li jaħdmu f’din l-industrija bil-Y-Plates.
Aaron Gatt, il-President tal-għaqda li tirrapreżenta lil dawn is-sewwieqa, qal li hemm drabi fejn vjaġġ ikun jiswa’ biss €5 u għalhekk sa 65% fil-mija tan-nefqa tkun intilfet. Mhux hekk biss imma il-pjataforma nfisha tieħu madwar 20% commision, u wara li tnaqqas ukoll in-nefqa tal-insurance, il-manitenzjoni u l-VAT ma jkun fadal kważi xejn għax-xuffier.
Il-protetsa bdiet kmieni filgħodu minn ta’ Qali u x-xuffera bil-karozza tax-xogħol tagħhom saqu b’pass kajman sal-Marsa, fejn mal-karozza weħlu numru ta’ kartelluni b’messaġġi li kienu jinkludu fost l-oħrajn ‘Aħna mhux skjavi”, ‘jistħoqilna pagi aħjar’ kif ukoll ‘aħna nirċievu biss 35% tal-prezz’.
Waqt din il-protesta ħadu sehem kemm xufiera ta’ karozzi, kif ukoll vanijiet. U l-ħaddiema kienu ta’ nazzjonalitajiet differenti, kollha b’għan wieħed li jirċievu paga diċenti.
//= $special ?>