Knisja Lokali

Maħtur il-Kunsill Ġdid tal-Kapillani 2024-2026

Il-Kulleġġ tal-Kappillani tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ħatar Kunsill ġdid tal-Kappillani għas-snin 2024-2026 u li se jkun magħmul minn tmien kappillani. Fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Kulleġġ tal-Kappillani, l-Isqfijiet ta’ Malta awguraw lill-membri l-ġodda sabiex il-ħidma tagħhom tħalli l-frott mixtieq fil-parroċċi u fil-Knisja f’Malta.

Il-membri tal-Kunsill huma: il-President Dun Reuben Micallef, il-Kappillan ta’ Birżebbuġa; il-Viċi President Dun Daniel Cardona, l-Arċipriet taż-Żurrieq; is-Segretarju tal-Kunsill Dun Albert Buhagiar, l-Arċipriet ta’ Ħaż-Żebbuġ; is-Segretarju tal-Kulleġġ Dun Robin Camilleri, l-Arċipriet tal-Isla; il-Kaxxier Dun
Bastjan Caruana, l-Arċipriet tal-Mosta u l-membri Dun Evan Caruna, il-Kappillan ta’ Santa Marija f’Birkirkara; Dun Karm Farrugia, il-Kappillan ta’ Ħal Balzan, u Dun Franco Fenech, il-Kappillan tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun.

L-għan tal-Kunsill tal-Kulleġġ tal-Kappillani huwa li jkun ta’ għajnuna għall-Arċisqof u għall-kappillani kollha fil-ħidma pastorali tagħhom fil-parroċċi, kif ukoll jieħu ħsieb il-laqgħat tal-Kulleġġ tal-Kappillani. L-irwol tal-Kunsill hu wkoll li jgħin fl-implimentazzjoni tal-viżjoni u l-policies tal-Arċidjoċesi fost il-kappillani f’Malta.