Lokali

Mart Navalny tindirizza il-Parlament Ewropew

Jumejn qabel mistenni jsir il-funeral ta’ Alexei Navalny f’Moska, l-armla tiegħu Yulia intlaqgħet fil-
Parlament Ewropew fi Strasburgu mill-President u MEP Maltija Roberta Metsola.

F’diskors fil-plenarja tal-Parlament, Yulia Navalnaya esprimiet biża li nhar il-Ġimgħa waqt il-funeral
ta’ żewġa se jkun hemm nies li jiġu arrestati.

Yulia Navalnaya qalet li Putin hu mexxej ta’ organizazzjoni kriminali, dikjarazzjoni li kellha standing
ovation mill-plenarja kollha.

“Putin is the leader of an organised criminal gang. You are not dealing with a politician but with a
bloody mobster.”

Hija qalet li żewġha ġie ttorturat għal tliet snin, tħalla jmut bil-ġuħ f’ċella żgħira u ma tħalliex juża
mobile, jirċievi ittri u anke kien mċaħħad milli jkollu żjarat.

Navalnaya qalet li Putin irid iwieġeb għal dak kollu li għamel lil żewġha. Waqt li kienet qed tintroduċi lil Navalnaya, il-President Roberta Metsola qalet li l-istituzzjoni tikkundanna l-qtil u jixraq li jkun hemm investigazzjoni indipendenti u internazzjonali.

“For many in Russia and outside, he represented hope. Hope in better days. Hope in a free Russia.
Hope in the future. “

Metsola esprimiet l-ammirazzjoni lejn il-qlubija ta’ Yulia Navalnaya u l-familja tagħha, u sostniet li t-
tama li kien jirrappreżenta Navalny se tibqa’ tinħass.