Fl-10am, il-Bord li mexxa l-Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia preżenta r-rapport lill-Prim Ministru Robert Abela.
Aktar tard, dan ir-rapport ġie preżentat ukoll lill-familja ta’ dan iż-żagħżugħ illi tilef ħajtu traġikament f’Diċembru ta’ sentejn ilu.
Ir-rapport ġie ukoll pubblikat u ċċirkolat lill-media.
Il-PN aktar kmieni din il-ġimgħa sejjaħ lill-Gvern sabiex b’mod immedjat issir diskussjoni fil-Parlament dwar il-konklużjonijiet li joħorġu minn din l-Inkjesta Pubblika; inkjesta li Robert Abela baqa’ jirreżistiha, tant li hu u sħabu fil-Parlament ivvutaw kontra l-mozzjoni li kienet tressqet mill-Oppożizzjoni sabiex tintlaqa’ t-talba li kienet qed tagħmel Isabelle Bonnici.
Jean Paul Sofia kien miet fit-3 ta’ Diċembru tal-2022 meta ġġarrfet binja fiz-Zona Industrijali ta’ Kordin. Din l-Inkjesta Pubblika tmexxiet mill-Ombudsman, l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon, flimkien mal-Awditur Ġenerali Charles Deguara, u l-Perit Mario Cassar.
Ritratt: Martin Agius
//= $special ?>