Wara s-seduta parlamentari li ġiet fi tmiema ftit tal-ħin ilu, fejn ġie diskuss ir-rapport tal-Inkjesta Pubblika b’rabta mal-każ ta’ Jean Paul Sofia, Robert Abela ħassu skomdu jwieġeb fuq dan is-suġġett, u minflok indirizza l-ġurnalisti bħal ma hu fi dmir illi jagħmel, ħarab.
Qabel ma daħal fil-Parlament, il-Prim Ministru wiegħed lil dan l-istazzjon illi se jwieġeb id-domandi kollha tal-ġurnalisti wara li jiġi fi tmiemu d-dibattitu Parlamentari, iżda minflok, sparixxa – propju quddiem kriżi nazzjonali fejn tidħol il-governanza ta’ pajjiżna, għaliex rajna diversi vittmi f’siti ta’ kostruzzjoni, iżda l-Gvern imexxi minn Robert Abela, baqa’ ċass u ma għamel xejn – la fejn tidħol il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni fl-industrija ta’ kostruzzjoni, u lanqas fejn tidħol responsabbiltà politika, għaliex sa issa, ħadd mill-klassi politikà li kellhom jaraw li dawn l-inċidenti ma jseħħux, ma refà xi tip ta’ responsabbiltà.
Apparti dan, il-cameras u l-ġurnalista tal-PBS ingħataw struzzjonijiet minn ta’ fuq sabiex jitilqu mill-post malli Robert Abela ħarab mill-ġurnalisti, u b’riżultat ta’ dan lanqas biss segwew il-kumment tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għaliex qabdu u telqu mill-post.
L-inkjesta Pubblika imexxija mill-Imħallef Emeritu Joseph Zammit Mckeon, illi ġiet ippubblikata dalgħodu, sabet nuqqasijiet enormi fl-operat tal-Malta Enterprise u tal-aġenzija governattiva INDIS, u kkonkludiet “li xi ħadd għandu d-dmir li jerfa’ responsabbiltà għalihom. Dan għandu jkun l-Istat”.
Dan filwaqt li l-Bord li mexxa l-investigazzjoni iddeskriva din l-istorja bħala traġedja ta’ comedy of errors fejn kulħadd jimxi fuq il-binarju tiegħu “bla ma jrendi kont lejn ħadd”.
Din l-Inkjesta Pubblika hi l-istess waħda li Robert Abela għamel xhur jirreżisti, u l-istess waħda lifit-12 ta’ Lulju li għadda, il-Grupp Parlamentari Laburista kollu ivvotaw kontriha.
L-Inkjesta tmexxiet mill-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon, Charles Deguara u Mario Cassar.
//= $special ?>