L-MEP Laburista Cyrus Engerer żvela li kiteb ittra lill-Membri Parlamentari Laburista wara li f’Lulju, b’mod unanimu, vvotaw kontra li ssir Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia. Dan wara li l-Prim Ministru Robert Abela sostna li inkjesta maġisterjali kienet biżżejjed.
Minkejja dan, Robert Abela għamel U-turn tad-deċiżjoni tiegħu wara pressjoni mill-pubbliku.
Cyrus Engerer sostna wkoll li qabel mal-fatt li l-pubbliku ma setgħax jifhem għala l-grupp parlamentari Laburista sħiħ ivvotaw kontra l-inkjesta pubblika, u kompla jgħid li minkejja l-għaqda hi importanti ma tfissirx li kulhadd għandu jkollu l-istess opinjoni.
Din mhix l-ewwel darba li Engerer tkellem kontra d-deċiżjonijiet tal-kollegi tiegħu, hekk kif ġimgħa qabel biss staqsa fejn hi r-rieda politika meta tasal biex tipproteġi nies fil-minoranza bħal Kusi Dismark li ġie rritornat lura l-Ghana wara 13-il sena jgħix u jaħdem f’Malta.
//= $special ?>