Somma fenomenali ta’ 3.8 miljun ewro.
Daqsekk sewa lill-poplu Malti u Għawdxi l-Mediterrane Film Festival; avveniment illi sar is-sena li għaddiet u li kien mifrux fuq ħamest ijiem.
Dan ir-rapport ġie preżentat fil-Parlament mill-Ministru Clayton Bartolo ftit minuti qabel beda id-dibattitu dwar ir-rapport tal-Inkjest Pubblika rigward il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Aktar kmieni s-sena li għaddiet il-ġurnal Times of Malta kien zvela kif il-Malta Film Commission ħalset somma eżorbitanti sabiex jiġu f’Malta għexieren ta’ atturi rinomati. Dawn l-atturi kienu offruti s-servizz ta’ business class fuq l-ajruplan u servizz ta’ 5 star hotel waqt li xi wħud kienu offruti wkoll servizz ta’ xuffier privat kif ukoll l-ispejjez kollha tal-ikel u l-parties.
U waqt li l-atturi internazzjonli li ġew għall-Mediterrane Film Festival kienu stmati b’dan il-mod, l-istess Ministru resposabbli minn din in-nefqa ma kundannax id-diskors ta’ Jason Micallef meta is-Sibt li għadda spiċċa jirredikola lill-atturi.
U waqt li aktar kmieni dan ix-xahar sirna nafu li l-komiku Brittaniku David Walliams kien imħallas €120,000 talli preżenta l-Malta film Awards tal-2022, s’issa għadna ma nafux kemm tħallas Walliams talli preżenta f’numuru ta’ attivitajiet waqt il-Mediterran Film Festival.
Ir-rapport spjega wkoll li dan il-festival attira lejn pajjiżna 374 persuna internazzjonali, li b’total ħallew dħul ta’ €285,451 fl-ekonomija – kuntrast ċar mal-4 miljuni li tajjarna mit-taxxi tagħna.
Minkejja din iċ-ċifra skandaluża, il-Ministru Bartolo ħabbar li l-Mediterrane Film Festival se jerġa’ jsir aktar tard din is-sena.
//= $special ?>