Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Prestazzjonijiet pożittivi mill-baħrin tal-RMYC Sailing School ġewwa Ateni

Erba’ parteċipanti mir-Royal Malta Yacht Club Sailing School ikkompetew fil-Kampjonati Ewropej Senior tal-Klassi ILCA f’Ateni li ntemmu wara sitt ijiem ta’ sfida minħabba nuqqas ta’riħ.

Il-parteċipanti Matthew Flores, Lara Merten, Katrina Micallef u Tomek Vaccaro kienu akkumpanjati mill-kowċ Karlis Junaers u l-fundatur ta’ Sailcoach, Trevor Millar. Kollha ikkompetew fil-Klassi ILCA 6, ħlief Matthew Flores, li kkompeta fil-Kategorija ILCA 7.

Dawn il-Kampjonati kienu d-debutt tal-kontinġent tal-Royal Malta Yacht Club f’avveniment ta’ profil għoli, li fiħ kollha kellhom riżultati pożittivi. Fil-klassi ILCA 6 saru seba’ tiġrijiet, inkluża tellieqa għall-midalji, filwaqt li l-klassi ILCA 7 saru tmien tiġrijiet, għalkemm ma saret l-ebda tiġrija għall-midalji.

Fi tmiem il-kompetizzjoni, Katrina Micallef spiċċat fid-49 post. Micallef kisbet postha fil-flotta Gold u ħarġet bħala waħda mill-iżgħar parteċipanti.

Lara Merten spiċċat fil-105 post. Tomek Vaccaro kiseb l-44 post minn flotta b’saħħitha ta’ 70 dgħajsa fil-Klassi ILCA 6.

Matthew Flores kkompeta fil-Klassi ILCA 7 u spiċċa fil-111-il post minn 140 parteċipant.

Lara Merten u Matthew Flores se jkunu qed jieħdu sehem fil-Kampjonati Ewropej ta’ Taħt il-21sena f’Pollensa, Spanja f’Marzu.