Lokali Parlament

Il-gvern għandu jagħti terminu meta se jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta dwar Jean Paul Sofia


Ivan J.Bartolo, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo sostna li l-gvern għandu jagħti terminu meta se jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta dwar Jean Paul Sofia.


Meta kien qed jitkellem fil-parlament Ivan J. Bartolo qal li ma setax jieqaf iħares f’għajnejn il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia meta kienu fil-parlament isegwu s-seduta dwar l-inkjesta pubblika.


Hu qal li dawn il-ġenituri ma jistgħu iġibu lil binhom lura u kompla li l-gvern imissu nduna kemm kienet deċiżjoni ħażina meta vvota kontra l-inkjesta pubblika u pprovaw ifixklu bviex dak li għandu bżonn il-pajjiż isir.


Id-deputat Nazzjonalista qal l-iktar ħsara fil-parlament mhijiex l-intenzjoni iżda l-pika politika u sostna li hemm diversi rapporti li għadhom ma kinux indiizzaratoi fosthom ir-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Għad hemm rakkomandazzjonijiet li għadhom ma ġewx implimentati, sostna Ivan J.Bartolo, li qal li m’hemmx garanzija li r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-inkjesta dwar Jean Paul Sofia se jkunu implimentati.


Jeħtieġ li l-pajjiż ikollu s-serjetà billi l-gvern ikun integru u jimplimenta r-rakkomandazzjonjiet, sostna Ivan J.Bartolo. Hu qal li l-gvern jinsab imwaħħal u l-Prim Ministru ma speċifikax kemm se jdum biex jimplimenta d-39 rakkomandazzjoni fl-inkjesta dwar Jean paul Sofia. Hu nsista li għandu jkun hemm żmien stipulat biex iwettaq dawn ir-rakkomandazzjonijiet.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-President tal-Kamra tal-Periti ddikjara li ma jridx jiltaqa’ iktar mal-gvern għaliex dawn ir-rakkomandazzjonijiet ilhom magħrfua erba’ snin. Il-Presdient tal-MDA tkellem ukoll u qal li kienu għaddejjin minn diskussjonjiet biex tibidel il-policy dwar il-bini u li jekk kien hemm qbil dwar assigruazzjoni għall-ġirien, irċevew l-aħħar aġġornament u f’daqqa waħda l-kwistjoni tal-assiguazzjoni tneħħiet.


Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-persons of trust u qal li kien hemm insistenza tal-Prim Ministru biex ċertu persons of trust jirriżenjaw iżda kull dan seħħ, il-gvern jerġa’ jappunathom f’karigi oħra. Hu appella lill-Prim Ministru biex jagħti garanzija li min se jirriżenja ma jkunx appuntat f’xi rwol ieħor f’xi awtorità oħra.


Ivan J.Bartolo appella lill-Prim Ministru biex ikollu r-rieda u l-għerf li jifhem ir-rol tiegħu ta’ Prim Ministru li kien afdat lilu mill-poplu. Hu sostna li l-inkjesta kkonkludiet li l-Istat falla u hu ħati; għalhekk kulħadd irid jagħti kontribut biex il-pajjiż ma jitħalliex ikompli jikkrolla.


Ivan J.Bartolo qal li Robert Abela jrid jagħmel id-differenza bejn ir-rwol tiegħu ta’ Prim Ministru u r-rwol tiegħu ta’ Mexxej tal-PL. Hu appella lil Robert Abela biex ikun il-Prim Ministru tal-Maltin kollha u mhux tal-PL biss.