Lokali

Il-Ministru Miriam Dalli ma terfax responsabbiltà

Jum wara li ġiet preżentata l-inkjesta Pubblika, il-Ministru  Miriam Dalli, għażlet li minflok twieġeb dwar min se jerfa’ responsabiltà tinfexx f’attakk partiġjan kontra il-Kap tal-Partit Nazzjonalista  Bernard Grech. U meta mistoqsija għal darba darbtejn jekk hi bħala Ministru tal-Kabinett hix se ġġor responsabbiltà għażlet illi tfarfar.

Mistoqsija direttament jekk hi bħala Ministru li kienet responsabbli għal Malta Enterprise tħossx li għandha terfa responsabiltà u tirriżenja, Miriam Dalli għażlet li taħrab mil-mistoqsija u tgħid biss x’għamlet tajjeb hi fi żmien li kienet il-Ministru responsabbli.

Dan meta l-Inkjesta Pubblika bl-aktar mod ċar qalet li Jean Paul Sofia miet f’sit li ma kien ikkontrolata mill-ebda awtorità regolatorja. U li l-ħtija ta’ dan, taqa’ biss f’ħoġor l-Istat.

Intant mistoqsija wkoll meta se jiġu implimentati ir-rakkomdazzjonijiet, il-Ministru ma tatx timeline ċara u lanqa forma ta idea dwar meta se jidħlu fis-seħħ il-punti li tqajjmu mill-Bord tal-Inkjesta.