Il-Partit Nazzjonalista jixtieq jawgura lid-Deputat Kummissarju u lil tmien Assistenti Kummissarji u 14-il Supretendent fil-kariga ġdida tagħhom. Filwaqt li jirringrazzja lil dawn l-Uffiċjali għas-snin ta’ servizz li diġà taw lil pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ Darren Carabott, Shadow Minister għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi jixtieq jawguralhom il-ħidma t-tajba u kull suċċess.
Dan partikolarment fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti fejn il-Korp tal-Pulizija għandu bżonn aktar riżorsi, aktar Uffiċjali u jingħata aktar prijorità biex tissaħħaħ l-ordni pubblika, is-sigurtà u anke s-serħan il-moħħ. Madankollu, għal darb’oħra, il-Partit Nazzjonalista jtenni l-appell lit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija biex l-Uffiċjali kollha, inkluż dawk li ħadu din l-aħbar sabiħa tal-promozzjoni, jitħallew liberament jagħmlu d-dover u l-ħidma tagħhom għall-ġid ta’ pajjiżna.
//= $special ?>