Lokali Parlament

Il-Prim Ministru diġà qed imur kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika


Ivan Castillo, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Astillo sostna fil-parlament li bit-tneħħija tas-settur tax-xogħol minn taħt il-Ministru Clyde Caruana il-Prim Ministru diġà qed imur kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika li pproponiet li l-entitajiet ikunu kombinati flimkien biex ikunu iktar effettivi.


Ivan Castillo qal li Jean Paul Sofia mar fuq il-post tax-xogħol u qatt ma rritorna lura u sostna li fl-inkjesta intqal li l-Istat falla u s’issa ma sar xejn. Il-Prim Ministru issa ddikjara li l-awtoritajiet fallew, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li kellu jmut Jean Paul Sofia li jwassal biex il-ministri tal-gvern jammettu d-diversi nuqqasijiet.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ħtija tas-sitwazzjoni hi tad-deputati Laburisti kollha u sostna li għandu jsir awditjar indipendenti dwar l-isfidi li għandu quddiem l-pajjiż biex ma jmutx persuna oħra fil-kostruzzjoni.
Hu tkellem dwar il-ħaddiema u qal li l-PN ilu jappella għal investiment fil-ħaddiema. Fl-2013 kien hemm 27,000 ħaddiem fis-servizz pubbliku waqt li llum hemm 52,000 iżda mhux magħruf fejn jinsabu dawn il-ħaddiema.


Ivan Castillo kompla li l-inkjesta tispeċifika li l-persuni minn barra l-UE qed jinġiebu Malta bla esperjenza u bla ħila li jitkellmu bl-Ingliż. Kien speċifikat ukoll li m’hemmx kontroll fuq dawn il-persuni li jidħlu f’Malta għaliex Jobsplus joqgħodu biss fuq l-applikant.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn il-ħaddiema qed jitpoġġew fuq il-postijiet tax-xogħol meta m’għandhomx esperjenza.


Hu tkellem dwar l-iskills card u qalli li fl-2015 il-gvern kien ħabbar li l-iskills card kellhom ikunu mandatorji iżda issa fl-2024, il-gvern għadu ma wettqax din il-miżura. Jirriżulta li hemm 2,659 ħaddiem li għandhom skills cards fil-kostruzzjoni meta hemm madwar 20,000 ħaddiem li jaħdem fil-kostruzzjoni.


Il-PL hu l-inqas partit tal-ħaddiema u l-inqas partit soċjalista li qatt kien hawn fl-istorja, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li llum s-settur atx-xogħol tneħħa minn taħt ir-responabbiltà tal-Minisry Clyde Caruana. ir-rapport tal-inkejsta qed jipproponi li l-entitjaiet ikunu kombinati flimkien iżda l-prim minsitru reġa’ firex dawn ir-esponsabbiltajiet.