Lokali Parlament

Il-Prim Ministru u l-ministri għandhom jassumu responsabbiltà u jirriżenjaw


Charles Azzopardi, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi sostna fil-parlament li wara l-inkjesta dwar Jean Paul Sofia, il-Prim Ministru u l-ministri responsabbli għandhom iġorru r-responsabbiltà u jirriżenjaw.


Charles Azzopardi qal li d-deputati Laburista ma nibdlux minn meta vvutaw kontra l-inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Il-Prim Ministru kien jaf bin-nuqqasijiet li kienu jeżistu u għalhekk ried joqgħod fuq inkjesta maġisterjali biss biex jibqa’ jaħbi l-verità. It-triq hi twila ħafna u dan hu l-bidu, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-kotra terġa tqum u tgħajjat ‘Jien maltija, miskin min ikasbarni u jidħa bija’.


Charles Azzopardi qal li l-gvern naqas lill-vittmi u għamel ftit li xejn biex isalva l-ħajjiet. Intuli li issa jsir ġnien għal Jean Paul Sofia, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-flus u s-suq ġera b’kulħadd. Il-gvern ħalef li l-poplu ma jgħix f’daru b’mod sigur fid-djar tiegħi u jrid iżomm lill-poplu lura milli jsir jaf il-verità.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Prim Ministru għadu insensittiv għaliex mhux minnu li Robert Abela ħass għall-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Il-mewta traġika ta’ Miriam Pace ma swiet għalxejn għaliex il-Prim Ministru u d-deputati Laburisti ma riedux jagħmlu inkjesta pubblika. Għall-gvern kollox jgħaddi u kollox jispiċċa għaliex kollox jindera.


Charles Azzopardi qal li l-pajjiż marad u qatt ma jista jfieq mill-ġrieħi li wettaq il-gvern Laburista, li hu gvern insensittiv li jivvotaw kollha kontra l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Wara, l-Prim Ministru jmur kunċert u aktar tard imur vaganza bil-jott u aktar tard ikollu jagħmel u-turn u jaċċetta l-inkjesta pubblika.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-awtoritajiet ikkonċernati operaw b’kompetenza u żied li l-ministri responsabbli jridu jerfgħu r-responsabbiltà politika. Il-pożizzjoni ta’ Robert Abela mhijiex tenibbli minħabba persuni bħal Oliver Magro, li daħħal fl-Awtorità tal-Ippjanar.


Hu qal li Jean Paul Sofia kien eroj u l-ġenituri kienu militanti għax baqgħu jsemmgħu leħinhom għax jekk le, il-poetr jibqa’ jġorr lil dan il-poplu Malti.