Julie Zahra, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra sostniet fil-parlament li l-inkjesta dwar Jean Paul Sofia kkonfermat u stabbiliet għaliex il-gvern ma riedx li din l-inkjesta ssir u vvota kontriha.
Julie Zahra qalet li r-responsabbiltà fil-mewt ta’ Jean Paul Sofia għandha tibda b’ammissjoni mill-gvern u sostniet li għall-inqas issa hemm deputat wieħed Laburista li ddikjara li qed jistħi li vvota kontra li ssir inkjesta.
Issa hu magħruf għaliex id-deputati Laburisti vvutaw kontra l-inkjesta pubblika. Kieku ma saritx l-inkejsta, l-affarijiet kienu jibqgħu kif inhuma u ma kienx ikun hemm riżenji.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-pajjiż ma jistax ibqa’ jaċċetta l-medjokrità fl-istandards u qalet li f’pajjiż normali d-deċiżjonijiet jittieħdu mill-ewwel fejn anki jirriżenjaw ministri li jkunu responsabbli. Kif jista’, wara l-konklużjnijiet tal-inkjesta pubblika dwar Jean Paul Sofia, il-Prim Ministru jibqa’ jsostni l-istituzzjonijiet qed jaħdmu fosthom Malta Enterprise u INDIS?, staqsiet id-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra.