Lokali Parlament

Ix-shelters m’għandhomx jagħlqu l-bibien għal persuni bla dar li jrabbu annimali


Janice Chetcuti, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sosniet fl-Aġġornament tal-parlament li persuni bla dar li jrabbu annimali għandhom jingħataw kenn fix-shelters u mhux jingħalqilhom il-bieb propju minħabba l-annimal li huma tant ikunu jħobbu.

Janice Chetcuti tkellmet dwar il-ġustizzja soċjali u qalet li l-konferenza nazzjonali dwar il-ġustizzja soċjali organizzata mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tat kontribut kbir f’dan is-settur. Hi sostniet li f’din il-konferenza ssemma’ każ ta’ persuna li spiċċat bla dar fejn tgħix minħabba li kellha problema bejn li tħallas il-kirja tal-post u li tixtri l-ikel biex tiekol.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li din il-mara tipprova ssib post fejn tkun tista’ torqod u f’diversi okkażjonijiet tkun mhedda min-neis oħra li wkoll ikunu qed ifittxu post fejn jorqdu. Din il-mara kienet kundannata €4000 minħabba li pprovat tidħol f’post b’mod illegali biex tkun tista’ torqod fih.


Janice chetcuti qalet li waqt li kienet qed titkellem, din il-mara bkiet kontinwament lill-kelb tagħha li fih sabet l-uniku kenn. Hi appellat biex isir minn kollox biex jitnaqqsu dawn is-sofferenzi u qalet li l-ftit flus li jkollha taqsamhom ukoll biex tixtri l-ikel għaliha u għall-kelb tagħha.


Din il-mara ma tistax tidħol f’shelter minħabba li l-ebda shelter ma aċċettaha minħabba li għandha l-kelb. Dan meta għal din il-mara, il-kelb ifisser kollox għaliex hu bsis itieha l-imħabba.


Id-deputat Nazzjonalista appellat biex fix-shelters ikun hemm kunsiderazzjoni għal sitwazzjonijiet bħal ta’ din il-mara.