Lokali Parlament

L-anzjani għandhom jingħataw prijorità fl-operazzjonijiet fl-isptar


Stephen Spiteri, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fl-Aġġornament tal-parlament li l-anzjani li jkunu jeħtieġu operazzjonijiet urġenti mgħandhomx jitġallew xhur u snin biex isulhom l-operazzjonijiet iżda għandhom jingħataw prijorità.


Stephen Spiteri qal li huma ħafna l-anzjani u l-pensjonanti li junu qed isofru minħabba problemi ta’ saħħa u huma ħafna il-listi ta’ stennija ta’ xhur u snin għal operazzjonijiet ta’ kiruġija relatati mal-ortopedija.


Id-deputat Nazzjonalista qal li l-anzjani ma jistgħux jistennew xhur u snin għal dawn l-operazzjonijiet meta dawn, minħabba l-età, illum għandhom bżonn lis-soċjetà biex ikunu mgħejjuna. Għalhekk dawn għandhom jingħataw prijorità u m’għandhomx ikunu degradati u jitħallew ibatu. Hu ppropona li jinstabu soluzzjonijiet quddiem dawn is-sitwazzjonijiet biex dawn il-pazjenti anzjani jingħataw prijorità għaliex il-mard li jsofru minnu qed jeffettwahom ħażin.