Fuq Net Television, il-President tal-Kamra tal-Periti kien ċar ħafna fi kliemu. U kienet evidenti l-frustrazzjoni tiegħu għall-konklużjonijiet li ħarġu mill-Inkjesta Pubblika. Bil-perit Andre Pizzuto jistqarr illi m’għandux wisq tama.
Pizzuto għadda dawn ir-rimarki meta l-Erbgħa kien mistieden fil-programm NETLIVE illi analizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Flimkien mal-perit Pizzuto kien hemm il-President tal-MDA Michael Stivala.
Fl-istess programm, il-perit Andre Pizzuto stqarr b’mod dirett li minn naħa tal-Gvern u tal-awtoritajiet qed jitpoġġew nies li m’għandhomx għarfien fis-settur sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet.
Michael Stivala minn naħa tiegħu insista li hemm ħafna red tape fl-industrija; u ħafna awtoritajiet li jispiċċaw jidħlu f’xulxin.
//= $special ?>