Baqa’ dieħel dritt. Ħalla omm tistenna, bla ma kellimha. Lanqas kelma ta’ faraġ.
Hija din l-attitudni li ħa il-Ministu tal-Ġustizzja Johnathan Attard quddiem omm li tilfet lil binha f’mewta mill-aktar traġika. Quddiem omm li qed titlob bil-ħnina li ssir ġustizzja. Quddiem omm li qed titlob biex binha ma jkunx miet għalxejn.
U bħall-Ministru Attard, l-ebda Ministru ma qal li jiddispjaċih, l-ebda Ministru ma qal li se jagħmel appoloġija u l-ebda Ministru ma qal minn se jġorr reponsabbiltà politika – għajr għall-Ministru Silvio Schembri…li t-tweġiba tiegħu kienet l-uniku waħda li stunat mal-latanija tal-partit.
L-inkjesta Pubblika ħarġet numru kbir ta’ rikkomandazzjonijiet li Inkjeta Maġisterjali ma kienetx tasal għalihom.
Kienet Isabelle Boniċċi li talbet għal din l-Inkjesta Pubblika u kien il-Partit Nazzjonalita li fit-12 ta’ Lulju ressaq mozzjoni biex issir Inkjesta Pubblika… li Robert Abela flimkien mal-Kabinett kollu Laburista ivvutaw kontriha.
//= $special ?>