Toni Bezzina, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal fil-parlament li snin ilu l-gvern kellu quddiemu proposti konkreti dwar il-kostruzzjoni iżda ma daħħalhomx.
Toni Bezzina qal li fl-2019 il-Prim Ministru kien diġà deputat Laburista meta kien hemm numru ta’ inċidenti f’siti ta’ kostruzzjoni fosthom fil-Mellieħa. Wara dan il-każ il-gvern kien iddeċieda li jwaqqaf il-kostruzzjoni biex jara kif din l-industrija se tkun regolata.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ċertu proposti li kienu mressqa saru baqgħu ma twettqux u żied li fl-2011, Gvern Nazzjonalista kien daħħal il-Building Regulation Act u waqqaf il-Building Regulation Office. Fl-2013 il-Gvern Laburista ġdid fejn il-kostruzzjoni żdiedet b’mod sostanzjali iżda dam sitt snin biex ħa azzjoni; u dan sar biss wara t-tliet inċidenti ta’ kollass ta’ bini.
Toni Bezzina qal li l-PN kien ressaq diversi proposti ħames snin li kienu bbażati fuq il-ħaddiema fis-settur u tar-residenti li jqogħodu ħdejn siti ta’ kostruzzjoni.
Il-proposti kienu jelenkaw liġijiet infurzat, li jsir reġistru tal-kuntratti, li ssir klassifkazzjoni ta’ kuntratturi u servizzi li l-kuntratturi joffru, li jkunu pprovduti taħriġ li dawk involuti fil-kostruzzjoni, li jkun assigurat li dawk involuti jkollhom il-ħiliet u l-liċenzji neċessarji, li jkun hemm l-għarfien u l-infurzar fis-saħħa u s-sigurtà fis-siti tal-kostruzzjoni u li jibda jsir l-infurzar mill-BCA.
Il-PN kien ippropona diskussjonjiet mal-MCAST biex ikun hemm nies kompetenti, li jinżamm stħarriġ aġġornat dwar it-terren fil-pajjiż, li tingħata għajnuna materjali u psikoloġika lil dawk milquta u li fil-bord tal-BCA jkun hemm rappreżentant tal-pubbliku.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern iddeċieda li minflok għaraf l-utiltà ta’ dawn il-proposti, ma daħħalx dawn il-proposti. Kienu dawn daħlu, is-sitwazzjoni setgħet tkun differenti u jista’ jkun li d-19-il persuna li mietu ma kinux imutu inkluż Miriam Pace u Jean Paul Sofia. Anki l-Kamra tal-Periti għamlet il-proposti meta fl-2019 kienet iffirmat ittra ta’ impenn mal-Ministru Ian Borg biex sa Ottubru 2019, il-gvern jimplimenta diversi regoli biex ikunu evitat it-taħwid li hemm illum.
F’Mejju 2019, il-Kamra tal-Periti għamlet diversi proposti oħra dwar kif is-settur tal-kostruzzjoni jimxi ‘il quddiem. Dawn il-proposti jinkludu l-ġbir ta’ aġenziji tal-gvern taħt il-BCA għax ilu magħruf li hemm diversi aġenziji imferrxin f’diversi dipartimenti iżda l-gvern ma tax każ. Il-Kamra tal-Periti kienet pproponiet ukoll regoli ġodda attwati fl-UE u li jkun hemm taħriġ ta’ kuntratturi u ta’ ħaddiema tal-id. Il-Kamra tal-Periti ilha ħames snin tressaq dawn il-proposti iżda l-gvern m’għamel xejn.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hi responsabbiltà tal-gvern li b’mod serju jara l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta u jdaħħalhom fis-seħħ mill-iktar fis possibbli. Il-gvern donnu issa skopra li fl-industrija tal-bini hemm problema, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern dejjem warrab il-problemi li ilu jaf bihom. Mhux biżżejjed li l-gvern jerfa’ r-responsabbiltajiet iżda jrid jattwa r-rakkomandazzjonijiet biex din l-industrija toħroġ mill-kriżi li tinsab fiha.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern hu rresponsabbli li ma jaġixxix meta f’din l-industrija jmutu n-nies. Hu appella biex il-gvern jaġixxi b’mod immedjat.