Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu l-opportunità li jkompli jiltaqa’ mal-bdiewa, sabiex tkun tista’ tkompli l-konsultazzjoni, hekk kif huwa permezz ta’ konsultazzjoni biss illi kull politiku jista’ jifhem aħjar x’inhuma l-isfidi tal-bdiewa.
Dan kien l-għan ewlieni tas-sitt laqgħa li kellu l-Partit Nazzjonalista f’dawn l-aħħar tlett snin flimkien mal-bdiewa, fejn fost l-oħrajn iddiskutew ir-raġuni wara ż-żewġ protesti li organizzaw dan ix-xahar.
Barra minn hekk l-bdiewa qed jaffaċjaw żieda fl-ispejjeż li uħud minnhom huma ħtija tal-Gvern stess.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq ukoll li ma jistax ikun li jibqgħu jinħatru nies inkompetenti f’karigi għoljin, għax dawn ma jagħmlux xogħlhom kif suppost u ma jgħaddux ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa.
Għal din il-laqgħa il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita kien akkumpanjat minn Toni Bezzina x-Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd, u minn David Agius ix-Shadow Minister għall-Fondi Ewropej.
Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kien hemm Bernice Bonello ix-Sħadow Minister għaż-Żgħażagħ u l-Ħolqien ta’ Spazzji Ġodda u Ian Vassallo Hagi x-Shadow Minister għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali.
//= $special ?>