Lokali

Traġedja Sofia: “Il-ħtija taqa’ biss fuq il-Gvern”

Il-Gvern naqas milli jssalvagwardja lill-poplu, wara li ħalla l-liġijiet u l-istandards fil-kexxun biex ma jkollux xi jgħid ma xi ħadd. U għalhekk għandu jkun il-Gvern li jerfa’ ir-responsabbilta politika.

Ritratt: Matthew Tabone

Kien dan il-messaġġ ewlieni li wasslu Jerome Caruana Cilia x-Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża, Stanley Zammit ix-Shadow Minister għall-Ippjanar u l-Artijiet u Janice  Abela Chetcuti Shadow Minister għad-Drittijiet tal-Konsumatur u l-Annimali, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret propju biswit il-binja li fiha tilef ħajtu Jean Paul Sofia.

Jerome Caruana Cilia saħaq li l-Partit Nazzjonalista ġie majjar popolist għax talab għall-Inkjesta Pubblika. Pero illum il-ġurnata sirna nafu verament għalfejn Robert Abela u l-kabinett Laburista ma riedx Inkjesta Pubblika.

Ritratt: Matthew Tabone

Hu tenna wkoll li kull ġurnata li tgħaddi fejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet jibqgħu fuq l-ixkafa hija ġurnata oħra li nħallu l-ħajjiet tan-nies fil-periklu. U appella biex tinterfa responsabilta politika immedjatament. 

Ritratt: Matthew Tabone

Minn naħa tiegħu x-Sħadow Minister Stanley Zammit spjega kif din l-Inkjetsa Pubblika uriet illi il-Gvern illapazza billi ħarbex numru ta’ liġijiet nofs keda mingħajr ir-rieda politika illi jinforza; bħal-liġi dwar it-trabijiet.  

Hu saħħaq ukoll li l-Inkjesta indirizzat is-supervja tal-Gvern u lil minn ma jriedx jisma.

Ritratt: Matthew Tabone

Minn naħa tagħha tagħha x-Shadow Minister Janice Abela Chetcuti qalet li hi bħala omm qed tinsisti li dak li ġara lil ġenituri ta’ Jean Paul Sofia ma jiġri lil ebda ġenituri. Hi stqarret li ma setgħetx temmen kif il-Gvern quddiem il-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia fil-Parlament  iddeċida li ma jagħtix kasshom. Waqt li konkludiet tgħid li l-Inkjesta Pubblika iddeskriviet sew il-ħtija tal-Gvern.