Internazzjonali

Bangladesh: Għexieren ta’ mejtin u midruba f’Dhaka fost in-nirien li ħakmu bini

Firefighters try to douse flames after the devastating fire that raced through at least five buildings in an old part of Bangladesh's capital.

Mietu madwar 50, b’għexieren oħra jindarbu, b’kaġun ta’ nirien li ħakmu bini għoli f’Dhaka, il-kapitali ta’ Bangladesh.

Ir-rapporti qalu li n-nirien qabdu f’ristorant li jifforma parti mill-bini – twil mas-seba’ sulari – u bil-fjammi ma jdumux ma jinfirxu mal-bini kollu.

L-iskwadri tas-salvataġġ irnexxielhom isalvcaw mat-80 ruħ, b’ħafna residenti tal-bini jispiċċaw l-isptar biex ikunu trattati għall-ħruq u d-dħaħen li belgħu. In-nirien damu għal sagħtejn sakemm kienu kontrollati u bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar x’wassal għat-traġedja – li tidher kienet dovuta għall-ittraskurar tal-kriterji tas-sigurtà mis-sidien tal-bini.