Ġurnata wara li ġiet ippreżentata l-Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia l-ebda Membru Parlamentari Laburista baqa’ ma ġarr responsabbiltà politika. Inkjesta li qalet iswed fuq l-abjad li l-ħtija taqa’ biss fuq l-Istat – u allura, xi ħadd fil-Gvern ta’ Robert Abela għandu jerfa’ responsabbiltà.
Matul il-jum tal-Ħamis Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti kif ukoll lill-Ministru JoEtienne Abela jekk jiddispjaċihomx li f’Lulju li għadda fil-Parlament ivvutaw kontra li ssir Inkjesta Pubblika kif ukoll li ma tawx widen lil Isabelle Bonnici.
Bis-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti jgħid li meta żbalja hu, dejjem għamel apoloġija; iżda fl-ebda mument ma qalilna jekk jiddispjaċihx għal din id-deċiżjoni.
Din it-tweġiba waslet wara li saqsejnieh għal darba darbtejn, filwaqt li kien viżibilment skomdu meta prova jaħrab id-domandi tagħna.
Minn naħa l-oħra l-Ministru Jo Etienne Abela qal li hu ma jidejjaq xejn li jagħmel apoloġija jekk bl-aġir tiegħu weġġà li xi ħadd – aġir li wassal għal rabja kbira mill-poplu għaliex il-Gvern ta’ Robert Abela kompla jsabbat saqajh sal-aħħar.
Intant, jidher li wara din l-Inkjesta iebsa ta’ 500 paġna…kollox business as usual għall-Partit Laburista. Dan hekk kif iż-żewġ esponenti tal-Gvern sostnew li ma jistgħux joqgħodu jaħsbu dwar dak li ġara fix-xhur ta’ qabel.
U huwa evidenti li l-Partit Laburista se jkompli jimxi bil-prassi tiegħu fejn jiġri x’jiġri ħadd ma’ jerfa responsabbiltà politika t’għemilu.
//= $special ?>