Lokali Parlament

Ħadd ma kellem lill-familjari ta’ Jean Paul Sofia għal assistenza fuq it-trawma li għaddew minnha


Ian Vassallo, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo tkellem fil-parlament dwar l-importanza li l-famljari tal-vittmi f’inċidenti fuq il-post tax-xogħol għandhom jingħataw għajnuna għat-trawma u kkritika l-fatt li ħadd ma kellem lill-familjari ta’ Jean Paul Sofia għal assistenza fuq it-trawma li għaddew minnha.


Hu qal li l-Istat ma jistax jerġa’ jfalli u sostna li l-gvern rawwem kultura ta’ xejn mhu xejn. Kienu d-deputati Laburisti kollha li ivvutaw kontra l-inkjesta pubblika biex ma ssir inkjesta pubblika, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li hu diffiċli li l-gvern jitwemmen li se jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet għaliex fil-verità hu kien kontra l-inkjesta.


Ian Vassallo qal li l-ministri li ssemmew fl-inkjesta huma ministri appuntanti mill-Prim Ministru u spġjega kif fl-aħħar snin kien hemm żieda qawwija fl-inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol. Hu kompla li fl-2020, l-NSO speċifikat li kien hemm 1,229 każ ta’ persuni li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol li 211 minnhom seħħu fis-settur tal-kostruzzjoni.


Minbarra inċidenti fatali, kien hemm ukoll inċidenti li fihom ħaddiema u persuni weġġgħu gravi. Id-deputat Nazzjonalista kompla li fis-settur tal-kostruzzjoni hemm diversi nuqqasijiet fosthom dik tan-nuqqas ta’ ħaddiema imħarrġa partikolrment dawk barranin.


Hu appella biex il-persuni li jkunu għaddew minn tarawma jingħataw l-attenzjoni meħtieġa waqt li f’ċertu każi dawn il-persuni jgħaddu anki minn trawmiet. Id-deputat Nazzjonalista qal li l-każi ta’ inċidenti ki jkunu kwai fatali għandhom ikunu rapporttati biex jitieħdu prekawzjonijiet meħtieġ.


Ian Vasslo insista li dawn il-persuni jingħataw il-kura meħtieġa fl-apstt ta’ appoġġ u sostna li misiser Jean Paul Sofia kien qallu li ħadd mill-awtoritajiet ma kien staqsieh jekkk ellux bżonn xi għajnuna.