Formula 1 Sport

Iċ-champion Max Verstappen fuq quddiem fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Fil-Grand Prix tal-Bahrain, se jkun iċ-champion Max Verstappen li se jkun qed jibda minn quddiem nett qabel is-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc u s-sewwieq ta’ Mercedes George Russell.

Carlos Sainz se jkun qed jibda fir-raba’ post segwit minn Sergio Perez, filwaqt li Fernando Alonso u Lando Norris se jibdew mis-sitt u s-seba’ post rispettivament. Oscar Piastri se jibda mit-tmien post segwit minn Lewis Hamilton u Nico Hulkenberg.

Il-Grand Prix tal-Bahrain se jkun qed isir għada s-Sibt u jibda fl-4.00pm.