Il-politiċi fil-Ġermanja jridu jipprojbixxu d-dħul u r-residenza ta’ individwi barranin kunsidrati bħala ‘perikolużi’ – anki f’każi fejn l-individwi jkunu deħlin fil-pajjiż għall-ewwel darba,
L-Inizjattiva tressqet mill-grupp parlamentari tas-CDU u s-CSU – bl-aħħar partit jirreferi għal ‘tħassib dwar is-sigurtà tal-poplu’.
Id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi ssir fl-14 ta’ Marzu u tippermetti biex l-awtoritajiet Ġermaniżi jindirizzaw xi teknikalitajiet (‘loopholes’) fil-leġislazzjoni effettiva.
Ir-regoli attwali fil-Ġermanja jesiġu biex il-projbizzjonijiet għad-dħul u r-residenza japplikaw fil-parti kbira tan-nies li, qabel, kienu tkeċċew jew sfaw iddeportati mill-pajjiż. Madankollu — u meta l-awtoritjaiet qed jevalwaw is-sitwazzjoni attwali fl-Unjoni Ewropea — l-emenda proposta qed taħseb biex testendi din il-miżura waqt li żżomm lin-nies indikati, fosthom estremisti politiċi u reliġjużi, milli jidħlu fil-Ġermanja.
//= $special ?>