Lokali Parlament

Il-gvern jibqa’ ma jridx ajsusmi responsbabiltà politika


Eve Borg Bonello, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello sostniet fil-parlament li minkejja l-konklużjonijiet tal-inkejsta dwar Jean Paul Sofia li fiha l-Istat instab li kien responsabbli għal din il-mewt, il-gvern ma jridx jassumi responsabbiltà politika.


Eve Borg Bonello qalet li ħadd ma jrid jirriżenja u ħadd ma jrid jerfa’ r-responsabbiltà politika wara l-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia u kompla li l-inkjesta ma saritx ħax riedha l-gvern iżda għaliex l-familja ta’ Jaean Paul Sofia baqgħet tinsisti. Hi spjega li l-ġustizzja rebħet u saret l-inkjesta u fiha kienu stabbiliti l-fatti ta’ falliment istituzzjonali li wasslu għall-mewt ta’ Jean Paul Sofia.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-inkjesta stabbiliet nuqqasijiet serji li ma jseħħux f’pajjiżi normali. Meta u jekk dawn iseħħu, jkun hemm id-deċiżjonijiet u r-riżenji, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li spjegat kif l-inkjesta tikkritika b’mod qawwi l-fatt li ma kien hemm l-ebda spezzjoni tas-sit fejn miet Jean Paul Sofia.


Eve Borg Bonello kompliet li hemm realtà differenti bejn dak li jgħid il-gvern u dak li verament isir. Fil-fatt, ir-regoli fis-settur tal-kostruzzjoni għadhom ma daħlux. Kieku xi awtorità ħadet passi biex il-kuntratt jitwaqqaf, id-diżgrazzja kienet tiġi evitata, sostniet id-deputat Nazzjonalista.