Graham Bencini, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal fil-parlament li l-gvern ma sabx fondi għas-sigurtà fl-industrija tal-kostruzzjoni iżda sab għall-ħela.
Graham Bencini qal li l-gvern falla kull meta kien hemm inċidenti fis-siti ta’ kostruzzjoni u nstab ħati fil-mewt ta’ Jean paul Sofia.
Hu tratta diversi aspetti mill-inkjesta fosthom dwar is-sigurtà, dwar kif jinħatru l-membri tal-bordijiet tal-awtoritajiet u n-nuqqas ta’ ingaġġ ta’ nies fl-OHSA fejn il-Ministru tal-Finanzi ma sabx bnies biżżejjed biex ikunu impjegati. Fejn ried, il-gvern sab il-flus anki fi proġetti fejn in-nefqa inqabżet b’miljuni, sostna Graham Bencini.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Istat għandu jerfa’ r-responsabbiltà fejn l-inkjesta speċifikat in-nuqassijiet kbr li hemm fil-proċeduri.
Is-swaba kollha jippuntaw lejn in-nuqqasijiet tal-gvern u għalhekk ir-responsabbiltà hi tiegħu. Il-gvern ma assuma qatt r-responsabbiltà f’in l-inkjesta; kif għamel kif każ ta’ Daphne Carauan Galizia. Il-Prim Ministru Robert Abela qed jitkellem bl-istess mod meta kien tefa’ dubju fuq l-integrità tal-Bord li mexxew l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Graham Bencini qal li lill-Kummissarju tal-Pulizija, il-gvern ma jagħmel l-ebda kritika u kompla li issa l-gvern qed jitfa’ l-ħtija kollha fuq l-uffiċjali tal-entitajiet tal-gvern fil-każ ta’ Jean Paul Sofia. Min ħatar lil dawn l-uffiċjali kien żbalja wkoll, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li d-deputati laburista qed iħarsu biss l-interessi tagħhom għad-detriment tal-poplu.