Graziella Attard Previ, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li wara l-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet imemdjati għaliex jekk dan ma jsirx ikun hemm iktar imwiet.
Graziella Attard Previ qalet li l-gvern instab instab ħati u l-Istat falla u għandu jerfa’ r-responsabbiltà ta’ nuqqasijiet kbar u serji skont kif inqta; fil-konklużjonijiet tal-inkjesta.
Dawn il-konklużjonjiet iridu jkunu ikkunsidrati għaliex mhux aċċettabbli li Jean Paul Sofia jkun miet għalxejn. Hemm azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-iktar fis.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li r-rakkomandazzjonijiet iridu jkunu implimentati u qalet li hemm ħafna nuqqasijiet li jekk mhux se jkunu indirizzati mill-ewwel, l-imwiet se jiżdiedu u mhux se jonqsu.
Graziella Attard Previ qalet li jeħtieġ li jkun hemm serjetà u dixxiplina flimkien ma’ liġijiet li jipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema u tan-nies tal-madwar is-siti ta’ kostruzzjoni. Dan beix jitnaqqsu l-korrimenti u l-imwiet fil-kostruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-inkjesta enfażizzat l-importanza tar-regolamentazzjoni u sostniet li hemm bżonn ta’ iktar sinġerija u inqas xogħol fuq xulxin.
Graziella Attard Previ sostniet li l-gvern għandu responsabbiltà anki lejn in-nies li jivvutawlu. Hi kompliet li l-gvern ma jistax jitwemmen meta jingħad li se jimplimenta r-regoli u r-rakkomandazzjonijiet.
Id-deputat Nazzjonalista sostniet li Jean Paul Sofia jfisser li l-awtorità morali hi aqwa mill-awtorità eżekuttiva bla saħħa u li t-trasparenza hi aqwa mil-kliem fieragħ.