Graziella Galea, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea appellat fil-parlament għal koordinazzjoni bejn l-awtoitajiet involuti fil-kostruzzjoni.
Graziella Galea qalet li l-inkjesta saret bl-insistenza tal-ġenituri ta’ Jean Paul Sofia u sostniet li huma jridu li inċidenti bħal dawn ma jbqgħux iseħħu. Hu qal li minkejja li d-deputati Laburisti kollha vvutaw kontra l-inkjesta, kien hemm minnhom li xtaqu jivvutaw favur il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista sellmet lil Isabelle Bonnici għad-determinazzjoni tagħha li ħadmet biex iseħħu bidliet sostanzjali fil-mod kif isiru l-affarijiet fil-pajjiż u fl-industrija tal-bini. Ir-rapport tal-inkjesta juri bis-sħiħ kemm hemm differenza bejn inkjesta pubblika u inkjesta maġisterjali. Dawn li vvutaw kontra l-inkjesta, illum qed jaċċettawha u jridu jimxu ‘il quddiem.
Graziella Galea qalet li hemm 39 rakkomandazzjoni li ħarġu mill-inkjesta li jirrikjedu persuni mħarrġa, investiment qawwi, detrminazzjoni u impenn biex dawn jitwettqu.
Il-Prim Ministru kien aktar ħsiebu li jgħid li l-problemi fl-industrija tal-kostruzzjoni ilhom 50 sena iżda din m’għandhiex tkun it-triq ‘il quddiem f’dan il-pajjiż. Hi qalet li l-fatti huma li fl-aħħar snin din l-industrija inbidlet b’mod qawwi fejn il-permessi żdiedu b’mod drastiku. Qed ikun hemm ukoll pressjonijiet biex il-bini jitlesta f’perjodi inqas.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li biex tkun koordinazzjoni, l-aspetti kollha tal-kostruzzjoni għandhom ikunu taħt l-istess ministeru. Hi kkritikat in-nuqqas ta’ riżorsi fl-awtoritajiet u qalet u li l-Istat falla u hu responsabbli għal dak li seħħ. ir-responsabbiltà politika għandha tintrefa’, sostniet Graziella Galea.