Konferma oħra li kaġun tal-isplużjoni fil-popolazzjoni d-Dipartiment tal-Emerġenza għandu problema enormi ta’ spazju b’diversi persuni qed jagħmlu sigħat twal ta’ stennija sabiex jieħdu l-kura meħtieġa.
Preżentament id-Dipartiment tal-Emerġenza għandu biss 35 cubicle li jistghu jilqgħu l-pazjenti – dan huwa numru baxx ikkumparat mal-ammont ta’ persuni li jmorru l-Emerġenza kuljum.
F’ kummenti lill-ġurnalisti l-Ministru Jo Etienne Abela stqarr li n-numru ideali ta’ cubicles fl-Emerġenza jrid ikun bejn 70 u 90 bil-għan li kulħadd jinqeda aktar malajr. U allura, dan ifisser li l-ammont ta’ cubicles fl-Emerġenza jridu jirduppjaw.
Konferma li kif inhi…. l-Emerġenza mhux qed tlaħħaq.
Jo Etienne qal ukoll li diġà kien ħareġ tender is-sena li għaddiet sabiex tinbena din l-estensjoni fl-Emerġenza…tender li għal raġuni mhux magħrufa kien waqa’.
Iżda, il-Ministru responsabbli mis-Saħħa indika li se jkun qed joħroġ tender ġdid sabiex ikun hemm l-ammont ideali ta’ cubicles – bejn 70 u 90.
Intant, matul l-aħħar xhur ġew żvelati diversi filmati li urew is-sitwazzjoni mill-aktar miżera fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei fejn saħansitra kien hemm nies fuq stretchers fil-kurituri.
//= $special ?>