L-aħħar stħarriġ li sar mill-Awtorità tax-Xandir jikkonferma li Net Television huwa l-aktar stazzjon privat segwit f’pajjiżna.
Iċ-ċifri ppubblikati llum juru li Net TV kompla jżid l-udjenzi għal 16.2% – u huwa l-aktar stazzjon privat popolari fiż-żewġ listi ppubblikati mill-Awtorità tax-Xandir. Apparti minn hekk, Net TV jaqbeż il-One f’kull ġurnata tal-ġimgħa.
Apparti minn hekk, id-data turi li Net TV huwa segwit minn kull faxxa ta’ età – inkluż dawk li għandhom ‘l fuq minn 21 sena.
Skont il-BA, id-drama ta’ Net TV ‘Żerniq’ taqbeż id-drama ‘Iż-Żmien Bejnietna’.
Il-programm tal-Ħadd ‘Bżar u Melħa’ huwa l-aktar segwit fil-ħin tiegħu fuq l-istazzjonijiet kollha. Il-programm ‘Bejnietna’ jaqbeż l-udjenzi ta’ ‘Kalamita’ u anek TVM. Dan filwaqt li t-Tnejn u l-Ħamis Net TV iżomm l-akbar udjenzi fil-prime time.
Sinifikanti l-fatt illi Net News jaqbeż l-aħbarijiet tal-media Laburista fil-maġġoranza tal-ġranet. Apparti minn hekk, il-programm NETLIVE huwa segwit aktar mill-programm ta’ propaganda li jitwassal fuq l-istazzjon Laburista fl-istess ħin; u jaqbżu f’erba’ ġranet minn ħamsa.
L-istess ċifri juru li l-istazzjon tar-radju Net FM ukoll kompla żied l-udjenzi, biex issa tela’ fit-tielet post fil-lista tal-udjenzi mifruxin fuq ġimgħa sħiħa. Bi programmi li komplew iżidu fil-popolarità fosthom Club101 preżentat minn Eileen Montesin, il-Breakfast Show preżentat minn Indri Attard u l-programm ta’ wara l-aħbarijiet ta’ nofsinhar li jitwassal mill-kollega Dione Borg.
//= $special ?>